Ċetta u Pina – 24 Jum ta’ Maġija tal-Milied
Elfa għal kull tifla, storja waħda għat-tnejn. 🎄
Għandkom żewġt ibniet li jixtiequ jieħdu sehem fil-logħba tal-elf? Din l-edizzjoni hi ideali għalihom. Waħda tista’ tagħżel lil Ċetta, l-oħra lil Pina, u t-tnejn isegwu l-istess avventura flimkien.
Ċetta u Pina huma l-aqwa ħbieb tal-Pol Nord. Jaslu Malta fuq kewkba b’bagalja waħda bejniethom. Meta jidħlu fil-presepju, jippruvaw joqogħdu weqfin bħall-pasturi. Imma min se jidħaq l-ewwel?
Mill-1 sal-24 ta’ Diċembru, it-tfal isibu xena ġdida kull filgħodu. Filgħaxija, aqraw flimkien u skopru x’għamlu ż-żewġ elfi dakinhar.
X’hemm fil-ktieb?
- Storja interattiva bil-Malti għal 24 jum, b’illustrazzjonijiet.
- Ideat biex tħejju x-xeni taż-żewġ elfi u gwida għall-ġenituri.
- Ittra ta’ merħba u ittra tal-addiju mingħand Ċetta u Pina.
- Attivitajiet li tistgħu tistampaw, fosthom Ċetta u Pina tal-karta, il-Kwiekeb tal-Qalb Tajba u l-bandalori.
€9.95 għall-edizzjoni ta’ Ċetta u Pina. Il-prezz ikopri l-ktieb diġitali ta’ 42 paġna f’format PDF biss. Tistgħu tniżżluh minnufih wara x-xiri.
❤️ Nagħtu €1 minn kull ktieb li jinbiegħ lil għaqda tal-karità lokali.