Sami – 24 Jum ta’ Maġija tal-Milied
Sami – 24 Jum ta’ Maġija tal-Milied 🎄
Sami niżel Malta fuq kewkba, u kull filgħodu t-tfal isibuh f’post ġdid! Darba jidħol fil-presepju, darb’oħra jitla’ fuq luzzu. Aqraw flimkien u skopru x’avventura se jkollu kuljum mill-1 sal-24 ta’ Diċembru.
X’hemm fil-ktieb?
- Storja interattiva bil-Malti għal 24 jum, b’illustrazzjonijiet.
- Ideat sempliċi għal kull lejl biex tħejju x-xeni ta’ Sami.
- Gwida għall-ġenituri u żewġ ittri mingħand Sami.
- Attivitajiet li tistgħu tistampaw, fosthom Sami tal-karta, il-Kwiekeb tal-Qalb Tajba u l-bandalori.
€9.95 għall-edizzjoni ta’ Sami. Il-prezz ikopri l-ktieb diġitali f’format PDF biss. Tistgħu tniżżluh minnufih wara x-xiri.
Nagħtu €1 minn kull ktieb li jinbiegħ lil għaqda tal-karità lokali. ❤️