Ftit Malti Kuljum - Grade 4
Dan il-pakkett ta' riżorsi huwa mmirat għal tfal ta' bejn it-8 u 9 snin li spiċċaw ir-raba' sena Primarja, u huwa mqassam f’6 kapitli.
Kull kapitlu jinkludi silta u eżerċizzji ta’ fehim mill-qari, u diversi eżerċizzji tal-grammatika Maltija - fosthom l-artiklu, l-pronomi, punteġġjatura, nomi, verbi fil-passat u fil-preżent, il-kmand, aġġettivi, maskil u femminil, singular u plural, il-partiċelli, konġunzjonijiet, prepożizzjonijiet, il-mamma u l-għerq, kliem il-għadd u oħrajn.
Kull kapitlu jinkludi wkoll eżerċizzji ta’ kitba, fosthom kitba ta' messaġġ, kitba ta' lista, kitba ta' kepxin, kitba ta' reklam, kitba fittizja, kitba fattwali, kitba ta' djarju, u kitba ta' djalogu.
It-temi tal-eżerċizzji tal-grammatika, ortografija u l-kitba huma bbażati fuq is-siltiet fil-bidu ta’ kull kapitlu.