
Ftit Malti Kuljum - Grade 3
Dan is-sett huwa mmirat għal tfal ta' bejn is-7 u 8 snin li spiċċaw it-tielet sena Primarja, u huwa mqassam f'6 kapitli.
Kull kapitlu jinkludi:
- silta jew poeżija u eżerċizzji ta’ taħriġ il-fehem.
- diversi eżerċizzji tal-grammatika Maltija - fosthom dwar l-artiklu, l-pronomi, pronomi dimostrattivi, punteġġjatura, nomi, verbi fil-passat u fil-preżent, il-kmand, aġġettivi, maskil u femminil, singular u plural, il-partiċelli, kliem il-għadd u oħrajn.
Kull kapitlu jinkludi wkoll eżerċizzju ta’ kitba, fosthom kitba ta’ messaġġ, kitba ta’ kepxin, kitba deskrittiva u kitba kreattiva.
It-temi tal-eżerċizzji tal-grammatika, ortografija u l-kitba huma bbażati fuq is-siltiet u l-poeżiji fil-bidu ta’ kull kapitlu.
(Answers included at the beginning of the pack)